Join Us On:

Teatru  

macbeth_18_20090523_1396568716  Norma-Oct2011-Photo 6 by Joe Attard  _JMJ6820 _JMJ6743mario

Festival Mediterranea huwa festival ta’ arti, kultura, mużika u storja fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Il-Festival ġie organizzat għall-ewwel darba fl-2002 u għadu jsir kull sena fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru.  Fih jinkorpora r-rappreżentazzjoni ta’ opra lirika li ġeneralment tittella’ kull l-aħħar Ħamis u Sibt tax-xahar ta’ Ottubru.  Il-Festival jinkludi diversi appuntamenti ta’ kultura u mużika mtellgħin minn solisti ta’ kalibru internazzjonali.  Bħala parti mill-Festival insibu wkoll żjajjar fi stabbilimenti tal-ikel u agrikultura, espożizzjoni tat-tradizzjonijiet Għawdxin, kif ukoll taħdidiet minn esperti fl-arti, l-istorja u l-kultura.  Wieħed jista’ jikseb informazzjoni aktar dettaljata billi jidħol fis-sit elettroniku tal-Festival: www.mediterranea.com.mt.

_JMJ7382 _JMJ7208f _JMJ7237 Unforgettable-the-dance-show-by-Centre-Stage-Dance-Academy-FestMed2010-PhotoJoeAttard

L-aktar programmi riċenti ta’ Festival Mediterranea

 

 WWW.TEATRUASTRA.ORG.MT