Join Us On:

News Archive

ZOO MILL-ĠDID FIT-TEATRU ASTRA

Bejn il-Ġimgħa 22 u l-Ħadd 24 ta’ Mejju, fil-belt Victoria, ser jiġi mtella’ l-avveniment annwali Lejlet Lapsi, Notte Gozitana. Wara s-suċċess kbir li nkiseb fl-aħħar sentejn, reġa’ ġie deċiż li dan l-avveniment jerġa’ jsir – avveniment li għandu jiġbed lejn gżiritna eluf ta’ Maltin u turisti. Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, bħala parti minn dan l-avveniment ser ittella’ spettaklu uniku mill-grupp komiku ZOO, iffurmat mill-erba’ karattri ferm popolari u simpatiċi, Chrysander Agius, Claire Agius Ordway, Daniel Chircop u Owen Bonnici. 

L-ispettaklu ta’ din is-sena jġib l-isem: Zoo Pront! B’kollox ser jittellgħu ħames shows li jibdew mit-8.30pm sa 12.30am. Il-biljetti li jiswew € 3, jistgħu jinkisbu mill-booking office tat-teatru Astra qabel kull show. Inħeġġukom taħsbu kmieni għall-biljetti, biex ma tiddiżappuntawx ruħkom. Din ser tkun it-tmien darba li fiha ser naraw il-grupp teatrali ZOO fit-teatru tagħna. Dan il-grupp dejjem irnexxielu jiġbed udjenzi kbar u żgur li din id-darba mhux ser tkun eċċezzjoni.  

Għal aktar informazzjoni kkuntattjawna fuq [email protected]