Join Us On:

News Archive

“ZOO GOES TV” FIT-TEATRU ASTRA – IS-SIBT 2 TA’ ĠUNJU 2007

Għal darb’oħra fuq stedina tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’, il-kumpanija Zoo Media & Entertainment ser itellgħu spettaklu ieħor ġewwa t-Teatru Astra. Proprju nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, l-erba’ karattri ferm simpatiċi ta’ Zoo ser jerġgħu jkunu magħna f’dan it-Teatru. Din ser tkun ir-raba’ okkażjoni li ser nilqgħu lil din il-kumpanija teatrali fit-teatru tagħna. M’hemmx dubju li wara s-suċċess li nkiseb f’Malta u anke fit-tliet shows li ttellgħu qabel f’dan it-Teatru, ‘ZOO GOES TV’ ser terġa’ tiġbed massa kbira ta’ nies fit-teatru Astra.

‘Zoo goes TV’ diġa’ ttellgħet f’Malta għal tliet darbiet fil-weekend ta’ bejn l-4 u s-6 ta’ Mejju fil-Malta Fairs and Conventions Centre f’Ta’ Qali – show li ġibdet mijiet ta’ nies. Għalhekk għall-benefiċċju ta’ dawk l-Għawdxin u anke Maltin li għadhom ma’ rawx l-aħħar suċċess ta’ Zoo, din il-kumpanija teatrali għal darb’oħra għażlet it-Teatru tagħna biex ittella’ din ix-show f’Għawdex.

Il-booking diġa’ huwa miftuħ. Il-biljetti qed jinbiegħu għal prezz ta’ Lm 4 u jistgħu jinxtraw mill-booking office tat-Teatru Astra. Għal din ix-show jistgħu jattendu biss dawk li għandhom minn 16-il sena ’l fuq. L-isponspors ewlenin ta’ din is-serata huma: Bonitos Restaurant; General Soft Drinks; Fudge; Britannia Tours; Keramit Bathroom Centre; Ford; Crosscraft; u Zetin Arts. Mela, agħmlu appuntament magħna għal nhar is-Sibt 2 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, u aħsbu kmieni għall-biljetti! Narawkom!

Għal aktar informazzjoni żuru l-website uffiċjali ta’ Zoo Media & Entertainment: www.zoo.com.mt