Join Us On:

News Archive

‘ZOO’ GĦAL DARB’OĦRA FIT-TEATRU ASTRA

Il-kumpanija ‘Zoo Media & Entertainment’ għal darb’oħra ser jerġgħu jagħtu spettaklu fit-teatru tagħna. Fil-fatt il-grupp komiku Zoo ser itella’ żewġ shows. Fit-2 ta’ Diċembru ser jittella’ l-ispettaklu bl-isem ta’ “Misraħ Kola”, spettaklu li jġib l-istess isem tal-programm televiżiv li jsir fuq stazzjon lokali, produzzjoni ta’ Zoo Media & Entertainment. Din ix-show għandha tiġbed l-interess ta’ numru kbir ta’ tfal u anke adulti li jsegwu regolarment dan il-programm. F’dan l-ispettaklu ser jieħdu sehem bħala karattri ewlenin, il-Profs, il-Fairy, il-Bumbardun, u l-Bozzu flimkien ma’ karattri oħra mill-aktar simpatiċi ta’ “Misraħ Kola”. Il-biljetti qed jinbiegħu mit-Teatru Astra u minn McDonalds fl-Arcadia, għall-prezz ta’ Lm 1.75 (€4.08). Ix-show tibda fis-6.30pm.

Ix-show l-oħra li ser tittella’ ġġib l-isem “Zoo goes Fairytales”. Din l-istess show ser tittella’ l-ewwel darba f’Manoel Island f’ħames dati bejn it-tnax u s-sittax ta’ Diċembru 2007. L-uniku show f’Għawdex ser issir nhar is-Sibt 22 ta’ Diċembru 2007 fit-Teatru Astra.

Fuq stedina tas-Soċjetà Filarmonika “La Stella”, Chrysander Agius, Claire Agius Ordway, Daniel Chircop u Owen Bonnici ser ikomplu jtellgħu produzzjonijiet komiċi oħra f’dan it-Teatru, u bla dubju dawn għandhom jiġbdu numru kbir ta’ nies bħalma ġara fix-shows preċedenti li saru fit-Teatru Astra. Din ser tkun is-sitt okkażjoni li fiha dan il-grupp teatrali ser jagħti spettaklu ta’ din ix-xorta fit-teatru Astra.

Il-booking huwa miftuħ u l-biljetti qed jinbiegħu għall-prezz ta’ Lm 5 (€11.65). Għal aktar informazzjoni fuq dan l-ispettaklu wieħed jista’ jżur ukoll is-sit uffiċċjali ta’ ZOO: www.zoo.com.mt.

Għal “Zoo goes Fairytales” jistgħu jattendu biss dawk li għandhom minn 16-il sena ‘l fuq. Aħsbu kmieni għall-biljetti!

Bookings: [email protected]