Join Us On:

News Archive

ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA FIL-MISSJONI FL-ETJOPJA

Bħalma ħafna ġa jafu numru ta’ żgħażagħ tagħna, fostom anke’ bandisti tal-Banda tagħna u kollaboraturi f’ħafna oqsma oħra tas-Soċjetà, se jkun qed jagħmlu perjodu ta’ volontarjat fil-Missjoni fl-Etjopja f’Settembru li ġej.  Għal dan il-għan iż-żgħażagħ organizzaw numru ta’ attivitajiet ta’ fund-raising biex ikunu jistgħu jwettqu l-proġetti ppjanati biex itaffu xi ftit mit-tbatijiet tan-nies f’din iż-żona.  Il-proġetti qed isiru f’kollaborazzjoni mal-Moviment Ġesu fil-Proxxmu.

L-aħħar attività li se ssir hi dik ta’Wine and Pizza fuq il-bejt taċ-Ċentru Parrokkjali nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu mit-8.30am ‘il quddiem.  Il-prezz hu ta’ €15 filwaqt li għat-tfal ta’ taħt it-tnax -il sena hu b’xejn.

Minn din il-paġna nixtiequ nawguraw suċċess lil dawn iż-żgħażagħ f’din il-ħidma nobbli li għandom minn hawn u ftit taż-żmien ieħor.

11855660_767028970072598_893764902298582073_n