Join Us On:

News Archive

XOGĦOLIJIET FIT-TEATRU ASTRA

Bħalma ktibna ftit tal-ġranet ilu bħalissa hemm diversi xogħlijiet għaddejjin fit-Teatru Astra. Parti minn dawn ix-xogħlijiet huma ffinanzjati mill-fondi ta’ Eco-Għawdex, liema xogħolijiet waslu fil-fażi konklussiva. Il-bini mill-ġdid tal-palk dalwaqt ser ikun konkluż biex b’hekk jibda ix-xogħol fuq ix-xenografija tal-opra. Qed isir ukoll xogħol kbir ta tindif u riorganizazzjoni tal-“back stage” li fost affarijiet oħra jiggarantixxi faċilitajiet aħjar u sigurtà akbar. Ix-xogħolijiet ikkordinati mill-kumitat eżekuttiv qed isiru taħt id- direzzjoni ta’ Emanuel J Farrugia u Carmel Zammit, “stage managers” tat-Teatru Astra.

Fl-istess ħin qed tiġi amplifikata u msaħħa s-sistema tad-dawl tat-teatru, xogħol li beda’ fl-2009. Dan ix-xogħol qed jitmexxa minn George Zammit, li huwa l-persuna responsabbli mill-impjant elettriku tat-Teatru u anke’ mid-dwal tal-produzzjonijiet kollha, nkluża l-opra, bl-għajnuna ta’ James Grima.

Kif wieħed jista’ jinnota ix-xogħol u l-attività fil-każin hija waħda kbira hekk kif qed nersqu viċin il-bidu tal-Festival Mediterranea li naturalment jiftaħ bl-opra lirika “Norma”. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-sit elettroniku http://www.mediterranea.com.mt. Biex wieħed jibbukkja xi attività jista’ jikteb fuq [email protected] jew iċempel fuq 21550985 jew 79256897.