Join Us On:

News Archive

XOGĦOL FUQ IS-SALA L-ĠDIDA MSEMMIJA GĦAS-SURMAST JOSEPH VELLA

Nhar is-Sibt 25 ta’ Ottubru 2020 tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-binja l-ġdida fil-Każin tal-Banda Ċittadina La Stella li ser isservi aktar il-ħtiġijiet tal-Banda u l-Bandisti, sala li ser tfakkar il-memorja tas-Surmast Joseph Vella, u għalhekk ser tkun mogħnija b’ismu!

Dan il-proġett qed jsir bil-għajnuna ta’ fond tal-Voluntary Organisations Project Scheme. #VOPS

Li kieku kellha tkun sena normali konna nkunu biss ftit jiem bogħod mill-produzzjoni tal-opra lirika Carmen.  Imma d-destin ried li d-dinja tagħddi minn pandemija li biddlet ħafna minn dak li jista’ jsir u dak li ma jistax isir.  Sfortunatament it-teatri fid-dinja kollha laqqtu daqqa kbira bil-pandemija għax bħala settur għadu kważi magħluq għal kollox u jidher li għadna l-bogħod minn normalità.  Nisperaw li jekk Alla jrid s-sena 2021 tagħtina ċans nerġgħu nagħtu l-ħajja t-teatru tant maħbub tagħna.

IMG-0766

IMG-0772

122792418_345187319909707_6284172543672906409_n

123360610_395992495113659_8074037590623764305_n