Join Us On:

News Archive

WASLET L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI !

Iva, waslet tassew il-festa tant għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni, liema festa hija importanti ferm fil-kalendarju tagħna r-Rabtin b’mod partikulari għal dawk fl-inħawi tal-Knisja ta’ San Franġisk.  Pero’ l-festa tal-Immakulta hija wkoll maħbuba ferm minna l-parruċċani ta’ San Ġorġ u l-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, li ilha għal bosta u bosta snin tagħti s-servizz tagħha fil-festi esterni.

Għalhekk illum fit-8pm ikollna marċ minn quddiem il-Club tal-Victoria Hotspurs, fejn imbagħad ningħaqdu mal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat u flimkien nakkumpanjaw l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni (Pawlu Aquilina 2002). Fi tmiem il-marċ, l-istatwa tittellgħa fuq il-pedestall monumentali tagħha (dekorat minn Michael Camilleri Cauchi 2003) fi Pjazza San Franġisk waqt li jindaqqu l-innijiet Marjani.

Għada imbagħad fil-5.15 pm se nagħmlu marċ minn ħdjen is-Salib sa quddiem il-Knisja minn fejn wara nakkumpanjaw l-istatwa artistika u devota tal-Immakulata Kunċizzjoni (Salvatore Psaila, 1848).

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-isbaħ xewqat lill-kommunità Franġiskana u lil dawk kollha li jgħinuhom fl-organizzazzjoni tal-festa.  Viva l-Immakulata Kunċizzoni !

(Ritratti: Joe Attard)