Join Us On:

News Archive

WASLET L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI !

Għalina l-Ġorġjani meta nibdew noqorbu lejn il-bidu ta’ Diċembru b’mod awtomatiku nidħlu fl-ispirtu tal-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.  Ir-rabta bejn il-Kommunità Franġiskana u l-Parroċċa Ġorġjana flimkien mas-Soċjetà Filarmonika La Stella, tmur lura ħafna u ħafna snin.  Lkoll inħossuna parti minn din il-festa mportanti fil-Belt Victoria, liema festa ssir fis-solennità liturġika tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija, l-Immakulata Kunċizzjoni “l-unur tal-poplu tagħna”.

Din is-sena wkoll, dejjem jekk it-temp jippermetti, l-Banda Ċittadina u Dekana La Stella, se tieħu sehem kemm lejliet is-Solennità kif ukoll f’jum il-festa, nhar it-8 ta’ Diċembru.  Is-Sibt, il-banda tieħu sehem fid-dimostrazzjoni filwaqt li l-għada l-Ħadd tilqa l-ħruġ tal-istatwa devota u artistika tal-Immakulata Kunċizzjoni, kapulavur fl-injam tal-Istatwarju Bormliż  Salvatore Psalia (1848).  Wara, l-Banda Ċittadina La Stella takkumpanja l-purċissjoni bid-daqq ta’ diversi innijiet Marjani, madwar it-toroq tal-Belt Victoria.

Din is-sena wkoll qed jiġu ċċelebrati festi speċjali fl-okkażjoni tat-350 sena mill-erezzjoni tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u għada l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru fis-6.30pm se ssir akkademja  taħt il-Paroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta, Dr. George Abela fil-Knisja.

Għalhekk aħna nħeġġukom tipparteċipaw fid-diversi attivitajiet, kemm dawk interni kif ukoll dawk esterni, speċjalment matul l-ġimgħa d-dieħla fejn ikollna t-tridu solenni, t-translazzjoni u l-pontifikal ta’ Jum il-festa.

Kuncizzjoni 2010 003 DSC_0039 DSC_0016 immakulata - baz. san gorg