Join Us On:

News Archive

WASLET IL-FESTA

Ninsabu ftit ġranet il-bogħod minn wieħed mill-aktar appuntamenti importanti fil-ħajja tas-Socjeta Filarmonika La Stella u anke tal-Belt Victoria; il-festa ta’ San Ġorġ, ”il-festa l-aktar popolari tal-gzira”.

Il-Banda Ċittadina La Stella, il-protagonista prinċipali fil-festi esterni ta’ San Ġorġ qed tipprepara bis-sħiħ għall-ġimgħa mill-aktar impenjattiva.  Ic-CD bis-sett ta’ marċi brijużi ġodda ħareġ u jinsab għall-bejgħ mill-każin tal-Banda La Stella.  F’dawn l-aħħar jiem tkompliet b’rittmu mgħaġġel it-tħejjija għall-festa ta’ San Ġorġ, Patrun t’Għawdex.  

It-toroq tagħna ukoll qed jieħdu l-kulur bl-armar li qed isir mill-Għaqda tal-Armar, filwaqt li fil-Bażilika ta’ San Ġorġ bħalissa għaddejja n-Novena, ta’ kuljum fis-7pm.

Il-kumitat ċentrali tas-Soċjetà bħalissa qiegħed jiġbor donazzjonijiet tal-festa mingħand is-sostenituri tagħna, parruċċani u  kull min għandu għal qalbu l-festa.  Mingħajr ma nidħlu f’dettal, kulħadd japprezza li biex issir festa kbira hemm bżonn tal-għajnuna finanzjarja.  Kulħadd għandu jagħti sehmu skont ma jiflaħ.

L-ewwel appuntament tal-festa huwa l-ikla li se ssir nhar il-gimgħa fi Pjazza San Ġorġ.  Din se tkun b’risq il-festa u biljetti jistgħu jiġu akkwistati mingħand Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket, Kolina Attard jew mill-Każin.

Imbagħad nhar it-Tnejn niftħu l-ġimgħa tal-festa b’kunċert grandjuż fil-Bażilika ta’ San Ġorġ bħala l-aħħar attività tal-Victoria International Arts Festival.  It-Tnejn ukoll ikun hemm it-tiġrijiet tradizzjonali tal-bhejjem fi Triq ir-Repubblika li jibdew fis-7pm.   Dalwaqt ukoll jitlesta l-ktieb/programm tal-festa li se jkun jista jiġi akkwistat mill-Bar tal-Każin għal donazzjoni żgħira.

Dan is-sit ser izommkom aġġornati bl-informazzjoni kollha marbuta mal-festa.  Il-programm b’aktar dettalji jinkiseb minn fuq dan il-link.