Join Us On:

News Archive

WASLET IL-FESTA

In-Novena

Nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju se tingħata bidu n-Novena ta’ San Ġorġ fil-quddiesa tas-7pm.  In-Novena se tkun immexxija mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi. Tkun ħaġa sabiħa ferm li nieħdu mpenn serju u nattendu għal dawn il-jiem ta’ tħejjija.  In-Novena ma hix għat-tfal biss imma għal kulħadd. Din tkun preparazzjoni xierqa għall-festa tagħna.

2015-07-12 19.34.19

Ikla tal-Festa

Għada il-Ġimgħa se ssir l-ikla tal-Festa fil-Qbajjar li se tkun qed tiftaħ l-festi esterni ta’ barra ta’ din is-sena.  Dan l-avveniment huwa organizzat mill-Għaqda taż-Żgħażagħ La Stella.

65828683_2545474582142947_389921251667214336_n

Festi Esterni

Din is-sena hija waħda speċjali minħabba l-125 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ fostna.  Il-programm jinkludi serata mużikali u letterarja fi Pjazza San Ġorġ is-Sibt 13 ta’ Lulju fost attivitajiet speċjali oħra.  Għandna numru kbir ta’ baned Maltin li se jieħu sehem flimkien ma oħrajn Għawdxin li huma parti integrali mill-festa tagħna.  Hemm ukoll ippjanati diversi spettakli matul il-jiem tal-ġimgħa tal-festa organizzati mid-diversi sotto-kumitati fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Intant l-Għaqda tal-Armar bdiet tlibbes l-isbaħ libsa lill-Beltna b’aktar xogħolijiet ġodda u ħafna restawr.

Minn din il-paġna nawguraw l-festa t-tajba lil kulħadd u nirrakkomandaw li takkwistaw kopja tal-programm tal-festa bid-dettalji kollha.

11698835_1028460703844350_2377102342908386244_n

11228508_1030196383670782_1834745321279211259_n