Join Us On:

News Archive

TRAĠEDJA FIL-KAMRA TAN-NAR QALB TA’ ĠESU

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi tal-kamra tan-Nar tal- Qalb ta’ Ġesu li splodiet il-bieraħ il-Ħadd 4 ta’ Novembru 2012. Hija diżgrazzja kiefra li ħasdet lil Għawdex kollu, anke għaliex għadha friska diżgrazzja oħra li seħħet xi snin ilu fejn tilfu ħajjithom sitta minn nies.
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tingħaqad mal-bqija t’ Għawdex fis-sogħba għat-telfien ta’ erba’ ħajjiet oħra; George Gatt, sid il-kamra, Mario Gauci, Ġużeppi Cini u Brian Portelli, li fis-snin li għaddew kollha kkollabrow fuq livelli differenti mas-Soċjetà Filarmonika La Stella fil-festi esterni ta’ San Ġorġ. Importanti li f’dawn il-mumenti diffiċli niftakru f’dawn l-individwi u nitolbu għalihom u għall-familjari tagħhom.
AGĦTIHOM O MULEJ IL-MISTRIEĦ TA’ DEJJEM,
ID-DAWL TA’ DEJJEM JIDDI FUQHOM
JISTRIEĦU HUMA FIS-SLIEM
AMEN.