Join Us On:

News Archive

TKOMPLI L-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa li għadda saret b’suċċess kbir l-ikla tradizzjonali tal-festa, bis-sehem tal-grupp The Tramps. L-attendenza għal din l-ikla kienet kbira u dan kompla kabbar l-atmosfera ta’festa ġo pjazza San Ġorġ. Grazzi l-dawk kollha li attendew għax bil-preżenza tagħhom kienu qed jgħinu finanzjarjament il-festa ta’ San Ġorġ. Prosit imur ukoll lill-organizzaturi li ħadu ħsieb din il-biċċa xogħol.

2015-07-10 21.07.50 2015-07-10 21.09.44

Il-Ħadd spiċċat ukoll in-Novena tal-festa b’quddiesa minn Mons. Pawlu Cardona u Fr. Anthony Bajada. Dritt wara, t-tfal, li litteralment ippakkjaw il-Bażilika, kellom party organizzat fi Pjazza San Ġorġ.

2015-07-12 19.34.19 2015-07-12 19.36.18

Il-bieraħ filgħaxija il-festi komplew b’żewġ appuntament importanti. L-ewwel wieħed laħaq lid-dilettanti tal-mużika b’kunċert eċċellenti fil-Bażilika ta’ San Ġorġ mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’Malta taħt it-tmexxija tal-Prof Joseph Vella. Dan il-kunċert għalaq il-Victoria International Arts Festival.

VIAF-2014-Final-Concert-MPO-performing-Beethoven 11209519_1033810326653906_7597751903392393279_n

Fl-istess ħin dawk dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel ħonqu Triq ir-Repubblika minn tarf s’ieħor fuq i-żewġ naħħat. Din it-tiġrija (l-ewwel waħda taħt id-dawl artifiċjali) kull ma jmur qed tiżdied fil-popolarità u fi kliem dawk li jieħdu sehem, fostom numru kbir ta’Maltin, din saret waħda mill-aktar appuntamenti importanti fil-kalendarju annwali tagħhom. Ir-ritratti jixhdu dan kollu.

2015-07-13 21.54.39 2015-07-13 22.17.27

Illum tidħol fix-xena tal-festa il-Banda Ċittadina La Stella b’marċ mill-Kappella taċ-Ċawla sa Pjazza San Ġorġ fejn fit-8pm jsir il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġorġ minn niċċa. Aktar tard ikun hemm ċelebrazzjoni ta’ xhieda Kristjana fil-Bażilika organizzata mill-grupp 23four għaż-żgħażagħ.  Fid-9.30pm tibda d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ xogħol ta’ Austin Camilleri bis-sehem tal-Banda tal-Qala Ite ad Joseph.