Join Us On:

News Archive

TITĦABBAR IT-TIELET RAPPREŻENTAZZJONI TAL-MUSICAL

It-Teatru Astra iħabbar it-tielet rappreżentazzjoni tal-Musical “Joseph And The Amazing Technicolour Dreamcoat”

Wara domanda kbira għal-bejgħ ta` biljetti għall-Musical ferm popolari “JOSEPH AND THE AMAZING TECHNICOLOUR DREAMCOAT”, ta` Andrew Lloyd Webber, Teatru Astra għandu l-pjaċir iħabbar rappreżentazzjoni oħra l-Ġimgħa 29 ta` Marzu 2019, fit-8.00pm.

Dan ser ikun ir-raba’ Musical konsekuttiv tat-Teatru Astra, wara s-suċċess kbir li kiseb f’dan il-qasam fis-snin preċedenti, bil-produzzjoni tal-Musicals “Grease”, “Evita” u “Jesus Christ Superstar”.

Il-kast ser jinkludi fih l-aqwa talent lokali. Thomas Camilleri ser ikun qed jinterpreta l-parti principali ta’ Joseph. Thomas huwa attur Malti rinomat li tħarreg f’Londna. Chantelle Micallef Grimaud ser tinterprata l-parti tan-Narratur filwaqt illi Chris Dingli ser ikun qed jittitorna fl-Astra fil-parti tal-Fargħun, wara s-suċċess li kiseb fil-musical tas-sena li għaddiet.

Il-Musical “Joseph and the Amazing Technicolour Dreamcoat”, li qed igawdi wkoll mis-support tal-Ministeru għal Għawdex, ser ikun qed jittella’ fit-Teatru Astra tal-Belt Victoria nhar il-Ġimgħa 29, is-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta` Marzu 2019. Dawn is-serati ser joffru spettaklu kbir lill-udjenza u suċċess ieħor memorabbli għat-Teatru Astra u għall-Gżira Għawdxija.

Il-booking jista’ jsir onlajn fuq www.ticketline.com.mt jew mit-Teatru Astra. Għal iktar informazzjoni ċemplu 7924 4048 jew imejl [email protected]