Join Us On:

News Archive

TEATRU ASTRA JOFFRI L-OPPORTUNITÀ SABIEX TKUN PARTI MILL-OPRA AIDA

Bi preparazzjoni għall-produzzjoni tal-opra AIDA li ser tkun qed tittella’ fis-27 u 29 ta’ Ottubru 2016, Teatru Astra qed jistieden lil dawk kollha li huma interresati sabiex jipparteċipaw fl-opra ta’ din is-sena.

Teatru Astra ser jkun qed jilqa’ applikazzjonijiet ta’ persuni interressati sabiex jifformaw parti mill-kor tal-opra ta’ din il-produzzjoni, kif ukoll għall-partijiet oħra li ma jinvolvux kant.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem huma mħeġġa sabiex jimlew l-formola tal-applikazzjoni li tista’ tinkiseb  minn fuq il-websajt lastella.com.mt.

Wara l-proċess tal-applikazzjoni, ser tkun qed issir audition lil dawk li ser japplikaw, id-dati jiġu mħabbrin aktar il-quddiem.

L-applikazzjonijiet jigu milqugħa sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 5 ta’ Awwissu.  Il-booking għall-opra jinsab ukoll miftuh.  Aktar informazzjoni hi aċċessibli mill-indirizz elettroniku [email protected] jew 21550985.

L-opra AIDA qed tittella’ permezz tas-support tal-Gozo Cultural Support Programme.

Aida

Aida Call for Auditions poster A3

APPLICATION FOR AUDITION