Join Us On:

News Archive

TEATRU ASTRA IĦABBAR IL-KAST GĦAL LA BOHЀME

Hekk kif l-istaġun tal-festi wasal fi tmiemu, l–enerġija u l-ħidma tat-Teatru Astra issa tissokta bil-produzzjoni tal-opra lirika fl-aħħar weekend ta’ Ottubru. Wara is-suċċess tas-sena l-oħra miksub permezz taż-żewġ rapreżżentazjonijiet tal-Opra Nabucco, din-is-sena jmiss l-Opra ta’ Giaccomo Puccini, La Bohѐme, li ħafna jqisu bħala l-aktar opra lirika popolari ta’ dan il-kompożitur.

Immexxiha minn Mro. Joseph Vella bħala Diretur Mużikali tat-Teatru Astra, flimkien ma Enrico Stinchelli li għal sena oħra ġie fdat bil-produzzjoni artistika, t-Teatru Astra irnexxilu jingaġġa kast formidabbli għal-Opra La Bohѐme.

Fil-partijiet prinċipali fl-opra ta’ din is-sena nsibu lil Miriam Cauchi, li l-ħiliet brillanti tagħha huma idejali għal-opri ta’ Puccini kif stajna insegwu fis-suċċess frisk li għadha kemm kisbet din is-sopran fid-duet flimkien ma’ Joseph Calleja  f’kunċert riċenti. Miriam Cauchi ser tkun akkumpanjata minn Leonardo Caimi li ser jkun qed jaghmel id-debutt tiegħu ġewwa pajjiżna. Caimi għandhu vuċi mil-isbah li hi sostnuta b’teknika preċiża, kif ukoll jipposedi personalita b’saħħitha fuq il-palk. Ħafna kritiċi minn madwar id-dinja jsostnu li Caimi hu idejali għal irwol ta’ Rodolfo fl-opra La Bohѐme.

Wiċċ ieħor ġdid hu dak tal-Baritonu Devid Cecconi. Cecconi, li għandhu vuċi qawwija, sabiħa fit-ton u b’timbru sobrju li tfakkar il-ħafna fil-vuċi ta’ baritonu iehor taljan, illum mejjet, Gino Bechi. Devid Cecconi ser ikun qed jinterpretta il-parti ta’ Marcello.

Il-Baxx Gabriele Sagona, li huwa mfaħħar għal-vuċi eleganti u b’timbru sobrju li jipposedi ukoll ser ikun qed jagħmel id-debutt tiegħu ġewwa it-Teatru tagħna. Il-parti ta’ Musetta f’ La Bohѐme ser tkun qed tiġi fdata f’idejn Oana Andra li diġa kantat ġewwa it-teatru tagħna lura fl-2011 fil-parti ta’ Adalgisa fl-opra Norma.

Għal sena oħra il-Kor tal-Opra tat-Teatru Astra ser jkun qed jiġi mħarreġ minn Maria Frendo. Ta minn isemmi li matul dawn l-aħħar snin li ilha tiġi mtellgħa l-opra lirika ġewwa it-Teatru Astra għamel  isem għalih fix-xena lokali speċjalment bl-aħħar żewġ produzzjonijiet li kienu Otello (2013) u Nabucco (2014). Dawn iż-żewġ produzzjonijiet urew u taw testimonju ċar tal-livell miksub f’dan il-qasam tal-opri liriċi f’pajjiżna.

It-team tekniku li ser jkun qed jieħu ħsieb ix-xenografija tal-opra ser jkun imexxi mix-xenografu Joseph Cauchi, taħt id-direzzjoni ta’ Enrico Stinchelli. Bla dubju ta’ xejn li bħal produzzjonijiet preċedenti meta l-udjenzi jirfsu fl-awditorju tat-Teatru Astra, ser jistħajluhom li rifsu ġewwa Pariġi tal-1830 proprjament f’dik li l-parti li hija magħrufa bħala l-Latin Quarter, fejn hi ambjentata din l-opra lirika.

La Bohѐme tifforma parti mil-14 –il edizzjoni tal-Festival Mediterranea li qed jingħata l-appoġġ permezz ta’arranġament kulturali mal-Gvern ta’ Malta. Reservation u Bookings jistghu jsiru fuq in-numri 21550985, 79256897 jew email [email protected]

Ghal aktar informazzjoni zuru il-websajt www.mediterranea.com.mt.