Join Us On:

News Archive

SUĊĊESS FL-EWWEL RAPPREŻENTAZZJONI TAL-OPRA ‘LA TRAVIATA’

L-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra La Traviata li fetħet id-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea kienet suċċess ieħor għat-Teatru tagħna – suċċess li jkompli jiżdied mal-kullana ta’ suċċessi li kisbet is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra f’dawn l-aħħar snin.

Illum qed nippubblikaw l-ewwel sett ta’ ritratti tal-fotografu Joe Attard, meħuda l-bieraħ, biex indewqukom ftit minn dak li esperjenzajna l-bieraħ. 

Għada jkun imiss li tittella’ t-tieni u l-aħħar rappreżentazzjoni tal-opra Verdjana La Traviata, rappreżentazzjoni oħra li għaliha t-teatru mill-ġdid bħall-produzzjonijiet preċedenti ser ikun ippakkjat.

Rapport dettaljat u ritratti oħra fil-jiem li ġejjin.