Join Us On:

News Archive

SUĊĊESS KBIR FL-EWWEL RAPPREŻENTAZZJONI TA’ OTELLO

Miriam Cauchi Otello 2013

It-Teatru Astra l-bieraħ filgħaxija rreġistra suċċess ieħor bil-produzzjoni operistika ta’ Giuseppe Verdi Otello.  F’teatru ppakkjat bin-nies, wara li aktar kmieni matul il-jum ġie mħabbar li s-serata kienet Fully-Booked, in-nies preżenti setgħu jitpaxxew b’eżekuzzjoni mill-aqwa f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-opra.

L-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Joseph Vella u t-team artistiku taħt id-direzzjoni ta’ Enrico Stinchelli, paxxew l-udjenza kemm f’dik li hija mużika u kant kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam max-xenarju, dwal, kostumi eċċ.  Ta’ min isemmi wkoll s-sehem tal-kantanti, kemm dawk barranin, kif ukoll dawk Maltin li nterpretaw tajjeb ħafna r-rwoli tagħhom.

Dan kollu jawgura tajjeb għar-rappreżentazzjoni tas-Sibt li ġej.  Baqa’ biss ftit postijiet disponibbli.  Min hu nteressat għandu jċempel minnufih fuq 79256897.

Intant illum ser ikun hemm attività oħra ta’ Festival MediterraneaGuided Tour of the Ħaġar Museum and a site visit to St George’s Basilica.  Min hu nteressat jrid imur fi Pjazza San Ġorġ, quddiem il-bieb prinċipali tal-Bażilika f’nofsinhar (12.00hrs). Il-biljetti għal din l-attività jiswew €3.

Għada filgħodu, fl-9.30 se jkollna attività li teħodna fil-qalba tal-kampanja Għawdxija, A Genuine Taste of Gozo – A visit to Ta’ Mena Estates.  Trasport jitlaq minn quddiem it-Teatru Astra fl-9.45hrs. Biljetti €12.

Aktar tagħrif fuq www.mediterranea.com.mt

(Ritratt: Joe Attard)