Join Us On:

News Archive

SUĊĊESS FL-LA BOHEME FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija fit-Teatru Astra assistejna għall-ewwel rappreżentazzjoni ta’ La Boheme, li kif kien mistenni kienet suċċess kbir.  Bl-auditorium ippakkjat bin-nies l-palk tat-Teatru ġie ttrasformat f’Pariġi fejn ltqajna mal-protagonisti Rodolfo (Leonardo Caimi) u Mimi (Miriam Cauchi) fost personaġġi oħrajn.

_JMJ5940

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella hija kburija li għal darba oħra rnexxiela tagħti kontribut mużikali u artistiku daqsehekk importanti mhux għal Għawdex imma wkoll għal Malta.  Min hawn issa nistennew il-jum ta’ għada għal la seconda biex nerġgħu mill-ġdid nagħtu spettaklu ta’ mużika, dwal, kostumi, xenografija u atmosfera mill-aqwa.

La Boheme Cover FINAL

Intant illejla se jsir kunċert vokali ġewwa il-lukana Kempinski Hotel San Lawrenz fit-8pm. Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn.

Vocal Recital

(Ritratti: Joe Attard)