Join Us On:

News Archive

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

FACADE CLEAN

Stqarrija mis-Soċjetà Filarmonika La Stella b’ rabta mal-festa ta’ San Ġorġ

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tagħmel riferenza għax-xogħoljiet ta’ pavimentar li qed isiru fi Pjazza Indipendenza, li għadom fi stat bikri, u fid-dawl tal-aħħar żviluppi tixtieq li issa, b’ mod pubbliku ukoll – turi t-tħassib tagħha dwar l-istat ta’ progress tal-istess xogħolijet, fil-kuntest li fi żmien ħames ġimgħat oħra, Għawdex ser ikun qed jiċċlebra l-festa prinċipali ta’ San Ġorg Martri u meta preżentament beda l-armar fit-toroq, b’ rabta mal-istess festa.

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella titlob lill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria sabiex b’ mod immeddjat jagħmel l-arranġamenti neċessarji li jippermettu li l-iskeda tal-armar fi Pjazza Indipendenza, pjazza ċentrali tal-Belt Victoria, u li hi waħda miċ-ċentri ta’ kull attività tal-festa esterna, titwettaq b’ mod raġonevoli.

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi, fejn fl-aħħar ġranet ma sar ebda progess fuq ix-xogħolijiet fi Pjazza Indipendnza u preżentament din ma hijiex aċċessibbli,  il-Kumitat tas-Soċjeta Filarmonika La Stella qed jantiċipa li sakemm ma jsrix l-intervent urġenti mill-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazjoni tal-festa ta’ San Ġorġ tal-2015 issa tinsab f’riskju. Is-Soċjeta’, fil-qafas tal-obbligi finanzjarji marbuta mal-festa li diġa daħlet fihom,  ser tkun qed tikkunsidra d-drittijiet tagħha skond il-liġi.

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tfakkar li l-festa ta’ San Ġorġ hi attività prinċipali fil-kalendraju tagħha,  festa popolari fil-gżira, mhux biss għall-Għawdxin imma ukoll ma ħafna Maltin, u rikorrenza annwali li għandha konnotazzjoniet storiċi, soċjali, kulturali u anke ekonomiċi għal-kommunità kummerċjali tal-gżira li għandhom jiġu innotati mill-awtoritajiet kompetenti fil-kunsiderazzjoni tal-interventi neċessarji li jridu jittieħdu b’ mod urġenti.

15 ta’ Ġunju 2015