Join Us On:

News Archive

SPETTAKOLARI …!

Il-bieraħ filgħaxija se tibqa’ mfakkra għas-suċċess li l-Banda Ċittadina u Dekana  La Stella għamlet fi Triq ir-Repubblika bil-kunċert RockAstra.  It-tieni edizzjoni tal-kunċert laħqet il-qofol tagħha filgħaxija meta fid-9pm ingħata bidu għal spettaklu kbir ta’ mużika fost folla li ħonqot Triq ir-Repubblika.  Is-siġġijiet ipprovduti mtlew sa minn kmieni u ħafna nies segwew il-kunċert minn fuq il-bankini u minn wara nett bilwieqfa.  Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud u minbarra l-banda tagħna ħadu sehem fih diversi kantanti stabbiliti.  Naturalment wieħed irid jgħid grazzi kemm lill-bandisti li għamlu sagrifiċċji kbar matul l-aħħar ġimgħat, lill-kumitat ċentrali li ħabrek ħafna fl-organizzazzjoni, lill-isponsors u d-diversi ministeri li għenuna, lill-Kunsill tal-Belt Victoria u naturalment lis-Surmast Sigmund Mifsud li mexxa b’dedikazzjoni dan il-kunċert.  Grazzi wkoll lill-pubbliku li bi ħġaru attenda u ddeverta f’din is-serata memorabbli li se tiżdied fil-kullana ta’ suċċessi tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella.

(Ritratti: Toni Farrugia)
 
IMG_6342 IMG_6347 IMG_6360 IMG_6366
IMG_6367 IMG_6372 IMG_6384 IMG_6391
IMG_6396 IMG_6407 IMG_6415 IMG_6416
IMG_6420 IMG_6425 IMG_6443 IMG_6487
IMG_6491 IMG_6500 IMG_6525 IMG_6532
IMG_6499 IMG_6345 IMG_6344