Join Us On:

News Archive

SPETTAKLU MILL-ASTRA FOLK GROUP

Huwa ta’ pjaċir ninnutaw li l-Astra Folk Group nhar is-Sibt li għadda pparteċipa u ta spettaklu ta’ kant, żfin u mużika flokloristika mir-repertorju vast tiegħu  lit-turisti li kienu abbord il-cruiseliner Seaborune Legend.

 

Dan kien possibli għax matul il-ġurnata tas-Sibt, cruiseliner lussuż li jġib l-isem ta’ ‘Seabourne Legend’ ankra ftit ‘il barra mill-kosta tax-Xlendi, Għawdex sabiex it-turisti li jinsabu fuq btala fuq dan il-vapur ikunu jistgħu jinżlu fuq il-gżira t’Għawdex għall-eskursjoni.

(Ritratt: DOI)