Join Us On:

News Archive

SPETTAKLU KBIR …!

Xi spettaklu …! Din kienet il-kelma fuq fomm kulħadd il-bieraħ filgħaxija hekk kif spiċċat in-Norma li fetħet uffiċjalment il-Festival Mediterranea 2011.  Is-sala ippakkjata bin-nies biex jaraw l-ewwel rapreżentazzjoni kellhom kliem ta’ tifħir fuq kull aspett tal-opra, speċjalment il-livell tant għoli tas-solisti.  Ix-xenarju fi stil tradizzjonali kien eċċellenti, imżewwaq b’logħob tad-dawl li ħoloq atmosfera unika. Dan kollu żżewweġ tajjeb ħafna mal-kostumi, il-kor, il-mużika u l-element ta’ innovazzjoni u teknoloġija moderna,  kif dejjem sar f’dawn l-aħħar snin.

Tassew prosit lil dawk kollha nvoluti.  Kienet opra tassew tajba u suċċess ieħor għas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Issa nistennew  t-tieni rapreżentazzjoni, nhar is-Sibt li ġej fl-istess ħin.

Aktar ritratti jkunu fis-sit tagħna fil-jiem li ġejjin.

(Ritratti: Joe Attard)