Join Us On:

News Archive

SPETTAKLU KBIR MINN ‘ZOO’ FIL-KARNIVAL

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu, fit-Teatru Astra ser jittella’ l-ispettaklu mill-aktar komiku "Zoo & Friends: The Gozo Carnival Xow". F’din ix-xow ser nerġgħu naraw għal darb’oħra l-karattri ferm popolari tal-grupp "Zoo". Għall-karattri komiċi ta’ dan il-grupp din mhix l-ewwel żjara tagħhom  fit-teatru tagħna. Fil-fatt huma tellgħu diversi xows fit-teatru Astra, li kollha kemm huma kisbu suċċess kbir. Il-karattri Chrysander Agius; Claire Agius Ordway; Daniel Chircop u Owen Bonnici dejjem irnexxielhom jiġbdu udjenzi kbar lejn it-teatru tagħna u din id-darba żgur li m’għandiex tkun eċċezzjoni. Ma’ dawn il-karattri mill-aktar simpatiċi ser jingħaqdu wkoll żewġ karattri oħra xejn inqas popolari li huma Ian Fenech u Maruska Mallia.

Dan l-ispettaklu għandu jikkumplimenta ferm tajjeb maż-żmien tal-bluha tal-karnival. Wieħed jista’ jikseb il-biljetti għal din ix-xow mill-bar tal-każin La Stella, jew b’mod online fuq il-website www.biljetti.com jew inkella billi jċempel fuq 7983 0593. Il-biljetti qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €12. Aħsbu kmieni għall-biljetti biex ma tiddiżappuntawx ruħkom. Dawk li ser jattendu huma mħeġġa jilbsu kostum tal-karnival! L-ispettaklu jibda fit-8.30pm. Titilfuhx!