Join Us On:

News Archive

SETT ĠDID TA’ MARĊI FUNEBRI MILL-BANDA LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tħabbar li c-CD ġdid b’marċ funebri jinsab għall-bejgħ mill-Bar tal-Każin tal-Banda La Stella.

Din is-sena il-kollezzjoni jisimha "Victima Paschalis" – Il-Vittma tal-Għid u fiha numru ta’ kompożizzjonijiet, disa’ b’kollox ta’ kompożituri varji.  Fih biċċiet tal-Prof J. Vella kif ukoll ta’ M. Galea, S. Galea, S. Attard, G. Borg u arranġament ta’ V. Ciappara. IC-CD jinkludi biċċa xogħol ta’ R. Caravaglios u ta’ G. Giummarra.

Fir-ritratt li hemm  fil-qoxra taċ-CD naraw l-istatwa tal-kolonna mnaqqxa fl-injam li tifforma parti mis-sett tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ San Ġorġ u li żżanżnet is-sena l-oħra. L-istatwa inħadment minn Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi.  Id-Disinn tal-qoxra tas-CD huwa xogħol tas-Sur Andrew Formosa u r-recording u l-editing ta’s-Sur John Cauchi, PRO Studios.  Ir-ritratt huwa tal-fotografu Joe Attard.  Fuq ġewwa hemm ukoll ritratt tas-Sur George Grech li rrapreżenta lil Malta fil-Canberra International Photographic Exhibition tal-1954 "Sub Umbra Alarum Tuarum".

Ic-CD tal-2012 jiswa €12. Wieħed jista’ jixtri wkoll żewġ CDs (2012 u 2010) għall-prezz ta’ €18. 

Għal min hu kollezzjonist u jixtieq jakkwista CDs tas-snin ta’ qabel jista’ jċempel fuq 79560250.