Join Us On:

News Archive

SERVIZZI F’SAN LAWRENZ

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella kompliet bis-servizzi tagħha matul il-weekend li għadda fir-raħal ta’ San Lawrenz.

L-ewwel servizz li sar is-Sibt kien jikkonsisti f’marċ brijuż ta’ lejlet il-festa madwar it-toroq tar-raħal. Il-Banda esegwiet fuq il-planċier l-innu l-kbir ad unur San Lawrenz kompożizzjoni tas-Surmast Giardini Vella, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Prof. Joseph Vella.

L-Għada, jum il-festa, il-banda tagħna reġgħet ġiet fdata b’servizz ieħor importanti fejn bdiet b’marċ qasir li wassalha sal-pjazza fejn laqgħet l-ħruġ tal-purċissjoni u l-istatwa ta’ San Lawrenz bl-innu l-kbir u numru ta’ innijiet oħra. Wara, għat-tieni darba f’jumejn għamlet kunċert ieħor taħt id-direzzjoni tas-Surmast Vella, fejn daqqet biċċiet tal-mużika mir-repertorju tagħha, li kien milqugħ tajjeb ħafna mill-pubbliku preżenti.

Wara sajf mimli mpenji issa baqa’ biss is-servizz f’Għajnsielem, għall-festa tal-Madonna ta’ Loretu.

DSC_0019 DSC_0020 DSC_0022 DSC_0023 DSC_0024 DSC_0025 DSC_0026

(Ritratti: Mario Casha)