Join Us On:

News Archive

SERVIZZ MILL-BANDA TAGĦNA ĠEWWA SANNAT

Is-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella jkomplu għada fis-Sannat għall-festa ta’ Santa Margerita, wara li kellna ġimgħa impenjattiva fil-festa ta’ San Ġorġ.  Għada filgħaxija il-banda tagħna se tagħmel marċ qasir minn Triq Sannat sal-pjazza ewlenija.  Imbagħad, wara li toħroġ il-purċissjoni il-banda se tagħmel programm fl-istess pjazza taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea, fejn se ddoqq siltiet mir-repertorju mużikali tagħha.

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-awgurju tagħna lis-Sannatin kollha għall-festa mill-aqwa f’ġieħ Santa Margerita.

DSC_0005