Join Us On:

News Archive

SERVIZZ ĠEWWA SAN LAWRENZ

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf, sewwasew fir-raħal ta’ San Lawrenz għall-festa ta’ San Lawrenz Martri.  Is-servizz kien jikkonsisti fid-daqq tal-innu l-kbir, l-innu marċ u innu reliġjuż għad unur San Lawrenz, waqt il-ħruġ tal-istatwa. Wara sar programm fejn indaqqu diversi biċċiet ta’ mużika varjata mir-repertorju mużikali tagħna.  Il-Banda Ċittadina La Stella kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.

B’hekk baqa’ biss servizz wieħed għall-festi tas-sajf, dak ta’ Marija Bambina ġewwa x-Xagħra.  Niltaqgħu fis-7 ta’ Settembru 2019.

DSC_0026