Join Us On:

News Archive

SERVIZZ ĠEWWA L-GĦASRI

Ghasri-004 Ghasri-006

Bħalma avżajna l-Ħadd 2 ta’ Ġunju kellna s-servizz fir-raħal ċkejken tal-Għasri.  Il-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ mat-toroq fejn waslet fil-pjazza quddiem iz-zuntier. Hemmhekk il-Banda tagħna laqgħet l-istatwa tas-Salvatur meta ħarġet mil-knisja b’innijiet reliġjużi. Wara, l-Banda akkumpanjat il-purċissjoni mat-toroq ewlenin tar-raħal. Dan ir-raħal huwa marbut sew mas-Soċjeta’ tagħna. Fil-fatt għal din il-festa, il-Banda La Stella hija għal numru kbir ta’ snin tkun l-uniku banda mistiedna.