Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FL-GĦASRI

Il-bieraħ filgħaxija il-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fil-festa tal-Għasri.  Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ qasir sal-pjazza fejn imbagħad assistit għal-ħruġ fil-bieb tal-istatwa ta’ Kristu Salvatur. Il-banda tagħna akkumpanjat il-purċissjoni madwar it-toroq ta’ dan ir-raħal ċkejken sakemm l-istatwa reġgħet bdiet dieħla fil-knisja fost kant ta’ innijiet reliġjużi.  Matul il-purċissjoni l-Banda daqqet diversi marċi reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha.  Min hawn issa għall-festa tal-Fontana, il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’.

Ghasri-03 Ghasri-006