Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-QALA

Il-bieraħ filgħaxija sar marċ u programm mill-Banda Ċittadina La Stella fir-raħal tal-Qala għall-festa ta’ San Ġużepp fejn daqqet numru ta’ biċċiet mir-repertorju mużikali tagħha. Il-mużika esegwita kienet ta’pjaċir għall-folla preżenti fil-pjazza ewlenija tar-raħal.  Ta’ min isemmi li r-raħal tal-Qala għandu rabta mill-qrib magħna l-Ġorġjani speċjalment wara li fl-aħħar snin il-parroċċa għaddiet taħt it-tmexxija tal-Arċipriet il-Kan. Dr. Joseph Zammit.

Dan l-impenn sar wara li l-ġimgħa li għaddiet għamilna servizz Sannat fil-festa ta’ Santa Margerita. Il-weekend li ġej il-Banda se tmur fir-raħal ċkejken ta’ San Lawrenz fejn se nagħtu servizz is-Sibt kif ukoll il-Ħadd.  Il-programm tal-bieraħ kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Prof. Joseph Vella.

DSC_0002 DSC_0003 DSC_0005

(Ritratti: Mario Casha)