Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-FONTANA

Il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu fil-Fontana ġġib magħha żewġ servizzi għall-Banda Ċittadina La Stella.  Wieħed minnhom sar il-bieraħ filgħaxija permezz ta’ marċ li telaq minn Triq ta’ Mulejja.  Matul il-marċ il-Banda Ċittadina La Stella daqqet numru ta’ marċijiet brijużi mir-repertorju mużikali tagħha kif ukoll l-Innu Popolari lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu.  Wara l-marċ il-banda eżegwiet l-innu l-kbir fuq il-planċier.

DSC_0010 DSC_0009

Illum il-banda tagħna terġa tipparteċipa billi tilqa lill-istatwa maestuża tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu (xogħol tal-Kav. Wistin Camilleri) fil-bieb tas-Santwarju u dritt wara ddoqq l-innu l-kbir taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella. Wara l-innu l-banda ssib postha quddiem l-istatwa devota u takkumpanja b’marċi reliġjużi.

Minn din il-paġna nawguraw l-festa t’tajba lill-Fontanin ! Viva l-Qalb ta’ Ġesu !