Join Us On:

News Archive

SERVIZZ FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Fi tmiem il-ġimgħa l-banda tagħna reġgħet kienet impenjata fil-festa ta’ Santa Margerita f’Sannat.  Il-festa ta’ Santa Margerita hija għażiża għalina l-Ġorġjani anke minħabba r-rabta mill-qrib li dejjem eżistiet bejn il-parruċċani ta’ Sannat u dawk ta’ San Ġorġ, imsaħħa aktar din is-sena partikulari meta flimkien maż-żewġt arċiprieti rispettivi ġiet organizzata ġita ġewwa l-Italja.

Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ fit-toroq ewlenin fejn imbagħad il-Banda Dekana u Ċittadina La Stella, għamlet kunċert fuq il-planċier il-ġdid fil-Pjazza.  Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Prof. Joseph Vella.  Naturalment dan ma hux l-aħħar servizz tagħna.  Is-Sibt li ġej imiss il-Qala għall-festa ta’ San Ġużepp.

DSC_0007 DSC_0006 DSC_0004  DSC_0001

(Ritratti: Mario Casha)