Join Us On:

News Archive

SERVIZZ F’GĦAJNSIELEM

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella spiċċat is-servizzi tagħha għal din is-sena fil-festi tas-sajf f’Għawdex billi ħadet sehem fil-festa ta’ Għajnsielem għad unur il-Madonna ta’ Loretu.  Is-servizz beda b’marċ minn ħdejn il-Knisja l-qadima u spiċċa fil-Pjazza pinċipali tar-raħal fejn il-Banda Ċittadina La Stella għamlet programm fuq il-planċier b’mużika mir-repertorju tagħha taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur il-Prof Joseph Vella.  Il-banda għamlet programm pjaċevoli li ntalqa b’mod tajjeb mill-ħafna persuni li kienu fl-akkwati tal-pjazza pittoreska tar-raħal ta’Għajnsielem .  Dan l-impenn ta-Banda Ċittadina La Stella wassal fi tmiemhom sensiela twila ta’ servizzi tas-sajf li bdew minn Mejju fil-festa ta’ San Pawl.

Min hawn ‘l quddiem is-Soċjeta Filarmonika La Stella ser tkompli  tirranka b’ħidma oħra  li hi ferm impenjattiva, imma li li fuq kollhox dieħla għaliha b’determinazzjoni w impenn … Festival Mediterranea 2013 li jinkludi l-opra Otello u l-Kunċert Annwali f’Novembru !

DSC_0002 1234676_10151817841894557_895469478_n DSC_0007