Join Us On:

News Archive

SERATA MUZIKALI MTELLGHA MILL-ISKOLA TAL-MUZIKA TAL-BANDA CITTADINA LA STELLA U L-KOR PICCOLE STELLE

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju 2022, l-iskola tal-istudenti tas-Soċjeta’ filarmonika La Stella tellgħat kunċert mużikali bl-istudenti tal-woodwind u tal-brass flimkien mal-Kor Piccole Stelle. L-istudenti esegwew silta waħda jew tnejn mużikali kull wieħed u kienu akkumpanjati bil-pjanu. Il-lokal magħżul kien is-Sala Giuseppe Giardini Vella fil-kumpless tas-Soċjeta’ La Stella. Fl-ewwel parti smajna dawk l-istudenti tas-sezzjoni tal-brass li kienu: Keith Vella (trombone) li daqq – It’s me O Lord-Spiritual u Singin’ in the Rain ta’ Brawn/Freed, Joseph Attard (trumpet) – My Lady’s Pavan ta’ Philip Spark u Hangin’ with Monti ta’ Tom Davon, Jerome Vella (Horn in F) – Titanic theme ta’ Jennings/Horner u California here I come ta’ Jolson/Meyer, Eman Camilleri (Bb Baritone) – Romanza u Waltz for E it-tnejn l’huma ta’ Tom Davoren, u fl-aħħar lil-Jurgen Mercieca (trombone) – It’s not unusual ta’ Mills/Reed u Match of the day ta’ Barry Stoller. Segwiet, silta mill-Kor Piccole Stelle bl-isem I See the Light ta’ Alan Menken.

Fit-tieni parti smajna l-istudenti tas-sezzjoni tal-woodwind u dawn kienu: Talitha Buttigieg (clarinet) – Hatikvah (Hebrew traditional), Giuseppe Buttigieg (clarinet) – Pierrot (Traditional), Kristen Grima (clarinet) – Romance ta’ Paul Reade, Justin Cauchi (clarinet) – Carnival time ta’ Lloyd Coleman, Jurgen Bugeja (clarinet) – Gavotte II ta’ J.S.Bach, Karmeen Cutajar (clarinet) – Lotus talk ta’ Colin Evans, Luke Spiteri (Sax alto) – Polka ta M.Glinka, Luca Galea (Sax alto) – Don’t stop believing – Journey, Paul Cassar (Clarinet) – Il mio Tesoro ta’ W.A.Mozart u wara lil- Kurt Vella (clarinet) – Basse-Dance ta’ Peter Warlock.

L-aħħar silta kienet I will follow Him ta’ Simon Kreuzer. F’din is-silta tal-aħħar, l-istudenti ingħaqdu fi grupp flimkien mal-kor Piccole Stelle taht id-direzzjoni tas-surmast Dr.John Galea. Direttriċi tal-kor kienet Sylvana Attard. L-għalliema tal-istudenti kienu George Camilleri (Brass) u Michael Bonanno (Woodwind). Jakkumpanja l-istudenti fuq il-pjanu kien hemm Mario Galea. Hajr u tifhir lil-dawk kollha li kkollaboraw biex dan il-kunċert kien tassew suċċess. Is-serata saret bl-għajnuna u l-kollaborazzjoni tad-Direttorat tal-Kultura u Wirt Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

_JMJ4417

_JMJ4399