Join Us On:

News Archive

SAWL FIT-TEATRU ASTRA

SAWL

Sawl huwa l-isem ta’ biċċa xogħol teatrali li se jkun qed jospita t-Teatru Astra f’dan l-istaġun ferm impenjattiv.  Sawl huwa monologu dwar il-ħajja ta’ Pawlu ta’ Tarsu, kitba ta’ Alfred Palma u direzzjoni ta’ Żep Camilleri.  L-interpretu se jkun Mario Micallef.  Din il-biċċa xogħol teatrali għadha kif ġiet imtella fis-St James Cavalier, il-Belt Valletta.

Is-serata se tkun is-Sibt 21 ta’ Frar 2015 fis-7.30 pm u l-biljetti jiswew €10.  Jistgħu jiġu akkwistati mill-Każin La Stella kif ukoll mill-Vajrinġa Supermarket.