Join Us On:

News Archive

WASLET IL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella se tkompli bis-servizzi tagħha nhar il-Ħadd li ġej fir-raħal ta’ San Lawrenz.

Is-servizz tal-Banda se jibda b’marċ qasir fis-7pm, li jwassalha sal-pjazza fejn tilqa’ l-ħruġ tal-purċissjoni u l-istatwa ta’ San Lawrenz bl-innu l-kbir u numru ta’ innijiet oħra. Wara, il-Banda se tagħmel programm ieħor taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Prof Joseph Vella, fejn se ddoqq biċċiet  varjati mir-repertorju mużikali tagħha.

B’hekk, b’dan is-servizz, il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella ttemm is-servizzi fil-festi tas-sajf.  Naturalment il-ħidma tagħna tkompli xorta waħda minn wara l-kwinti peress li issa nibdew naħdmu b’aktar intensità fuq Festival Mediterranea 2015 li issa wasal fil-14 -il edizzjoni tiegħu.  Baqa’ biss ftit anqas minn tlett xhur għal bidu tiegħu !

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-parruċċani ta’ San Lawrenz f’dawn il-jiem ta’ festa għad unur il-patrun tagħkom San Lawrenz.  Il-festa t’tajba!

DSC_0026 DSC_0025 DSC_0024 DSC_0023 DSC_0022

(Ritratti: Mario Casha)