Join Us On:

News Archive

SAN ĠORĠ PATRUN TA’GĦAWDEX

“Ejjew, mela, lil Ġorġi, kuruna
illum ninsġu, b’imħabbtu mkabbrin;
aħna nibqgħu għal dejjem ta’ Ġorġi
u huwa jibqa’ l-patrun ta’ l-Għawdxin.”

Dawn il-versi mill-innu tant popolari  Lill-kbir Martri San Ġorġ il-bieraħ dwew mal-kantunieri kollha ta’ Pjazza Savina fejn assistejna għat-tlugħ tal-istatwa ta’ San Ġorġ Patrun ta’ Għawdex (2008) u għall-feature tal-festa ta’ din is-sena.  Kif ġara f’dawn l-aħħar jiem l-folla li attendiet kienet xi ħaġa straordinarja.  Dan kollu huwa kbir meta wieħed iqis li dan ma kienx is-Sibt jew il-Ħadd nhar il-festa.  Kif juru r-ritratti bdejna mill-Ġimgħa meta kellna l-ikla tal-festa “Il-Qirew” u sal-bieraħ kważi kuljum il-pjazez ta’ Beltna kienu miżgħudin bin-nies tant li kemm s-sidien tan-negozji fiċ-ċentru kif ukoll xi Maltin li hawn fostna stqarrew magħna li huma mistagħġba bil-parteċipazzjoni hekk kbira tal-poplu fil-festa ta’ San Ġorġ.

Fid-dimostrazzjoni tal-bieraħ daqqew il-Banda tagħna u dik ta’ Santa Marija taż-Żebbuġ Għawdex.  Iż-żewġ baned telqu minn Pjazza San Ġorġ u mxew flimkien fl-aħħar parti tal-marċ fejn waslu sa Pjazza Savina li kienet ġa ppakkjata bin-nies.

(Ritratti: Mario Casha)
 
 
DSC_0051 DSC_0045 DSC_0038 DSC_0041 DSC_0042 DSC_0025 DSC_0028 DSC_0029 DSC_0030 DSC_0031 DSC_0024 DSC_0023 DSC_0013