Join Us On:

News Archive

ROCKASTRA: KUNĊERT SPETTAKOLARI !

Il-kunċert tal-bieraħ fil-qalba tal-Belt Victoria se jibqa ċertament imfakkar bħala wieħed mill-aktar avvenimenti mużikali mportanti ta’ ġżiritna.  Minn kmieni n-nies bdew jsibu posthom fi Pjazza Indipendenza għall-kunċert RockAstra, tant li ferm qabel ma beda’ ma kienx għad baqa’ post u l-folla mliet l-ġnub u n-naħħa ta’ wara tal-pjazza.

Il-kunċert, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud, paxxiena b’mużika tal-aqwa bands internazzjonali, mużika li normalment ma’ tiġix assoċjata ma’ banda.   Is-siltiet magħżula kienu kollha popolari u għalhekk daħħlu l-udjenza fl-atmosfera.  Il-Banda Ċittadina La Stella kienet protagonista f’dan l-avveniment ewlieni ta’ gżiritna, fejn flimkien mal-kantanti bravi li kellha magħha tawna spettaklu ta’ mużika eċċellenti.  Il-kantanti mistiedna kienu Morena, Pawlu Borg Bonaci, Chris Grech, Petra Zammit u Maria Debono u kantaw siltiet mir-repertorju ta’ The Beatles, Queen, Lucio Dalla u Zucchero fost oħrajn.

Is-serata, li kienet ippreżentata minn Julia Camilleri, kienet parti mill-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria fl-okkażjoni tal-125 anniversarju minn meta r-Rabat ingħata t-titlu ta’ Belt.  Għas-serata kien hemm bosta personalitajiet distinti fosthom membri tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, mmexija mis-Sinkdu Dr. Samuel Azzopardi, membri parlamentari miż-żewġ naħħat tal-kamra u naturalment l-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u l-membri tal-kumitat ġenerali.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-Bandisti tagħna, li ħadmu bis-sħiħ biex tellgħu dan il-kunċert.  Irridu niftakru li dan sar kollu meta fl-istess ħin bqajna għaddejjin bis-servizzi fil-festi tal-irħula, li kif kulħadd jaf dawn ma humiex ftit.  Prosit imur ukoll lil dawk li għenu fl-armar tal-palk, dawl u sound, li għamlu sigħat twal ta’ xogħol f’dawn il-jiem.  Grazzi wkoll lil dawk li għenu fil-loġistika u l-promozzjoni ta’ dan l-avveniment li huwa mportanti wkoll u li ħafna drabi xogħolhom ma jkunx jidher. Lil dawk l-entitajiet li għenu lis-Soċjetà fosthom; il-Ministeru tat-Turiżmu, Il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, il-Ministeru għal Għawdex, The General Softdinks Co Ltd, Citadel Insurance, Arkadia, Distinct Homes, The Boathouse Restaurant, Silhouette, Baron Group, Econetique, Gozo Homes Real-Estate, Ġolina Supermarket,  Vajrinġa Supermarket u Charles Attard.  U naturlament ma jistax jonqos prosit kbir lis-Surmast Sigmund Mifsud li b’dedikazzjoni kbira mexxa dan il-kunċert, liema kunċert se jiżdied mal-kullana ta’ suċċessi tas-Soċjeta Filarmonika La Stella.

(Ritratti ta’ Joe Attard)

_JMJ8000 _JMJ8068 _JMJ8067 _JMJ8066 _JMJ8065 _JMJ8063 _JMJ8062   _JMJ8056 _JMJ8054 _JMJ8051 _JMJ8048 _JMJ8045 _JMJ8044 _JMJ8041 _JMJ8039 _JMJ8038 _JMJ8034AA _JMJ8033 _JMJ8032 _JMJ8031B _JMJ8029CC _JMJ8029 _JMJ8025 _JMJ8024 _JMJ8022DD _JMJ8021 _JMJ8017 _JMJ8016 _JMJ8012E _JMJ8009 _JMJ8007 _JMJ8005G _JMJ8004FF _JMJ8004F _JMJ8004 _JMJ8002 _JMJ8060 _JMJ8057

(Ritratti oħra)

DSC_0021 DSC_0024_stitch - Copy DSC_0031 DSC_0032 DSC_0068 DSC_0074 DSC_0076 DSC_0086 DSC_0088 DSC_0033 DSC_0036 DSC_0045 DSC_0051 DSC_0061 DSC_0080 DSC_0095 DSC_0106 DSC_0092 DSC_0093 DSC_0043