Join Us On:

News Archive

ROCKASTRA FUQ TVM2

IMG_6499 IMG_6345 _JMJ1385 _JMJ1443

Il-bieraħ filgħaxija l-Banda Ċittadina La Stella kienet protagonista fuq TMV2 fejn ntwera l-filmat tal-kunċert Rockastra li sar f’Ġunju li għadda.  L-okkażjoni serviet ukoll biex il-filmat jintwera fuq il-Big Screen il-ġdid tat-Teatru fil-Foyer tal-Każin filwaqt li sar BBQ fund-raising u li għalih attendew numru sabiħ ta’ partitarji u bandisti.

Nhar il-Ħadd li ġej il-Banda se tagħlaq is-servizzi numerżi tagħha li kellha matul dan is-sajf bis-sehem tagħha f’San Lawrenz fejn għal din l-okkażjoni se jindaqqu siltiet minn Rockastra ta’din is-sena.  Il-Banda se tkun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Sigmund Mifsud.

Għal min ma rax il-programm għadu biċ-ċans li  jarah nhar il-Ħadd li ġej fin-12.30pm fuq TVM2 fejn se tixxandar ripetizzjoni.

 (Ritratti: Joe Attard, Toni Farrugia)