Join Us On:

News Archive

RISPONS TAJJEB FL-ISKEMA SOĊI 2013

Wara xi jiem minn meta ġiet imnedija l-Iskema Soċi 2013 inħabbru bi pjaċir li r-rispons kien wieħed tajjeb ħafna. Inkomplu nħeġġukom biex min għadu ma daħalx bħala soċu w għandu għal qalbu s-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-tlett pilastri tagħha, l-banda, l-festa u t-teatru jirreġistra minnufih. Kulħadd japprezza li mingħajr s-sostenn finanzjarju tagħkom ħafna mill-proġetti u ħidmiet matul s-sena ma jkunux jistgħu jsiru.
Intatnt inħabbru li l-ewwel statwa ta’ San Ġorġ li ttelgħet f’lotterija nhar il-20 ta’ Jannar ntrebħet minn Ms Rose Cefai. Il-lotterija li jmiss titla’ nhar il-Ħadd 27 ta’Jannar 2013.
L-applikazzjoni biex wieħed isir soċju tista tinkiseb minn fuq dan is-sit jew inkella minn fuq il-facebook page tagħna: www.facebook.com/lastella.com.mt u tintbgħat f’dan l-indirizz: Skema Soċi 2013, Teatru Astra, Triq ir-Repubblika, Victoria, Għawdex.