Join Us On:

News Archive

RESTAWR U ILLUMINAZZJONI TAL-FAĊĊATA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għadha kif nediet proġett ieħor ta’ restawr u illuminazzjoni tal-faċċata. L-ewwel fażi se tkun tinkludi r-restawr tal-parti t’isfel u d-disinn illuminazzjoni ġdida.

Biex isir dan il-proġett is-Soċjetà Filarmonika La Stella bdiet kampanja ta’ ġbir ta’ fondi li jistgħu jsiru b’diversi modi:

Jew online fuq https://www.teatruastra.org.mt/donate

Jew Revolut 79050691

Jew direttament lill-uffiċjali inkarigati li jiġbru donazzjonijiet; Michael Formosa, Joseph Tabone, Anthony Farrugia, Manuel Attard u Carmelo Cremona.

Jekk Alla jrid fi żmien qasir nerġgħu naraw il-każin tagħna miftuħ,restawrat u rinnovat għaż-żminijiet tal-lum.  Grazzi lil dawk li ġa taw s-sehem tagħhom u tas-sostenn u l-għajnuna tagħkom matul is-snin.

Poster progett faccata