Join Us On:

News Archive

RESTAWR TA’KUNTRABAXX ANTIK

Minkejja s-sitwazzjoni preżenti, s-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tkompli bil-proċess ta’ rinnovazzjoni u restawr kemm fejn jidħol il-Każin La Stella kif ukoll fejn jidħlu oġġetti ta’ valur għoli, bħal dokumenti storiċi, strumenti u bosta affarijiet oħra. Naturalment kollox sa fejn ir-regolamenti dwar saħħa jippermettu.  Filfatt fil-ġranet li ġejjin ser jibda xogħol ta’ restawr professjonali ġewwa Malta fuq wieħed mill-aktar strumenti antiki tal-istess Banda, kuntrabaxx – li anke jidher fl-ewwel ritratt tal-Banda La Stella tal-1881.

Kull min jixtieq jikkontribwixxi għal dan ir-restawr jista’ jagħmel kuntatt mal-President jew s-Segretarju. Wara li jiġi fi tmiemu dan ir-restawr, dan l-istrument antik, li preżentament jinsab f’kundizzjoni ħazina, ser jkun jifforma parti minn kollezzjoni li ser tkun esposta b’ mod permanenti.

Il-konservazzjoni ta’ memorji importanti, bħal fil-każ ta’ dan il-kontrabaxx, li bla dubju għandu storja twila ħafna x’jirrankonta, huwa eżempju wieħed minn dak li tixtieq tagħmel is-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Dan jikkumplimenta sew l-arkivji mużikali li għandha s-Soċjetà kif ukoll diversi oġġetti mportanti oħra kemm fejn tidħol il-banda kif ukoll fejn jidħol it-Teatru Astra.

91910763_3135751639781902_7560866513847058432_o

92264078_3135751686448564_2462372525380730880_o

92206655_3135751673115232_1194616729288835072_o