Join Us On:

News Archive

QUDDIESA B’SUFFRAĠJU TAL-MEJTIN TAS-SOĊJETA

Nhar il-ġimgħa 11 ta’ Novembru 2011, se ssir quddiesa b’suffraġju tal-mejtin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fis-6.00pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Hija ħaġa sabiħa ħafna li fix-xahar tal-mejtin niftakru fl-erwieħ tagħna.  

Għalhekk bħalma ġara fis-snin li għaddew is-Soċjetà se tagħmel quddiesa b’suffraġju tal-mejtin tagħha.  Tkun ħaġa sabiħa li nattendu lkoll u nkunu qed  nuru rispett lejn dawk li marru għand il-Ħallieq qabilna.

Din il-quddiesa ħa tkun trasmessa fuq ir-radju tal-parroċċa Leħen il-Belt Victoria.