Join Us On:

News Archive

PROGRAMM TAL-FESTA

festaprog2013

Il-weekend li għadda tqassam il-programm tal-Festa ta’ San Ġorġ 2013 maħruġ mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Inħeġġukom biex tiflu l-kontenut tiegħu w aktar importanti li tattendu għad-diversi attivitajiet li hemm imħejjija.  Bħas-soltu għandna programm ippakkjat li jwassalna għall-festa tal-Patrun u Protettur t’Għawdex San Ġorġ Martri.

B’mod partikolari nhar is-Sibt li ġej tibda n-Novena għat-tfal u l-adoloxxenti, din is-sena bit-tema, Ma’ San Ġorġ niskoprul-ġmiel tal-fidi tagħna.  Il-Quddiesa tan-Novena tkun fis-7.00pm u din is-sena se ssir mill-Kan. Tonio Galea.

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bħalissa tkun fl-eqqel tat-tħejjijiet tagħha għall-festa fejn kważi s-sezzjonijiet kollha  jkunu mpenjati bi preparamenti.  Beda’ x-xahar ta’ Lulju u bla ma rridu nidħlu fi klima ta’festa.  Żuru dan is-sit fejn se jkollna aġġornamenti kontinwi dwar il-festa.

Għad-dettalji tal-programm għafas din il-link.