Join Us On:

News Archive

PROGRAMM MUŻIKALI MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Il-programm mużikali tal-Banda Ċittadina La Stella, ta’ nhar il-21 ta’ Settembru 2021 fi Pjazza Sant’ Wistin, il-Belt Victoria. Okkażjoni oħra fejn il-Banda La Stella, iffurmata minn maġġoranza kbira ta’ bandisti tal-post, taħt id-direzzjoni tas-Surnast Dr John Galea esegwiet b’mod impekkabbli repertorju mill-aktar impenjattiv.

Il-Banda Ċittadina La Stella bdiet l-impenn tagħha fil-programm billi ndaqqet Gypsy Airs ta’ Pablo Sarasate, bis-sehem tas-solista George Camilleri fuq l-Euphonium.  It-tieni biċċa kienet kompożizzjoni ġdida tas-Surmast Dr John Galea bl-isem Concert Overture Ad Astra!, li ndaqqet għall-ewwel darba f’din l-okkażjoni u se tkun qed tarrikkixxi l-arkivju mużikali tagħna. Wara kien imiss biċċa aktar leġġera imma popolari, God Save ‘the Queen’, medly fuq arranġament ta’ Carlos Marques.  Fl-aħħar iżda mhux l-anqas ġiet esegwita l- 1812 Overture ta’ Pyotr Ilyich Tchaicovsky fejn il-Banda Ċittadina La Stella uriet l-kapaċità tagħha, bil-maġġoranza tal-bandisti tal-post, immexija mis-Surmast direttur Dr John Galea.

Minn din il-paġna nixtiequ ngħidu prosit, lill-bandisti kollha, lis-Surmast Direttur, lill-helpers kif ukoll lit-tmexxija u d-diriġenti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Grazzi wkoll lilkom is-sostenituri li għal darba oħra kontu preżenti biex tagħhtu s-sostenn tagħkom lill-banda tagħna.

Min hawn nitfgħu ħarsitna għal aktar xogħol fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin, fostom it-tkomplija tax-xogħolijiet fit-Teatru Astra u l-foyer, u bosta kunċerti oħra li għanda ġejjin.

(Ritratti: Joe Attard)

 _JMJ2814R _JMJ2824RA