Join Us On:

News Archive

PROGRAMM MUŻIKALI FIL-FESTA TAL-ASSUNTA

Nhar is-Sibt 20 ta’ Awwissu, il-banda ċittadina tellgħet programm mużikali fil-pjazza ewlenija tar-raħal taż-Żebbuġ, lejlet il-festa ta’ Santa Marija. Għall-banda La Stella dan kien il-ħdax-il servizz barra l-belt Victoria. Tajjeb li ninnotaw ukoll li fost dawn il-ħdax-il servizz, f’sitt okkażjonijiet il-banda ġiet mistiedna ttella’ programm mużikali. 

F’atmosfera xi ftit differenti minn snin oħra, il-banda esegwiet programm mużikali varjat b’mużika kontemporanja u popolari li bla dubju kkumplimentat tajjeb ferm mal-ambjent ta’ festa. Il-programm, taħt id-direzzjoni tal-assistent surmast Mro Noel Beck, kien maqsum f’żewġ partijiet u fl-intervall stajna ngawdu spettaklu kbir ta’ logħob tan-nar tal-ajru, li ġibed lejn ir-raħal għadd kbir ta’ nies. Fost is-siltiet li ġew esegwiti: Spirit: Stallion of the Cimarron; The Da Vinci Code; The Band at the Opera; Italian Festival; Bossa Nova; Free World Fantasy; My Heart will go on; u The Godfather.

Il-banda tagħlaq l-impenji tagħha nhar is-Sibt li ġej, lejlet il-festa tal-Madonna ta’ Loretu f’Għajnsielem, fejn f’din l-okkażjoni l-banda ser tesegwixxi wkoll programm mużikali ieħor, taħt id-direzzjoni tal-assitent surmast Mro Noel Beck.