Join Us On:

News Archive

PROĠETT ‘BANDA LA STELLA -PROGRAMM AVVANZAT TA’ TAGĦLIM TAL-MUŻIKA

Fil-jiem li għaddew, ġie fi tmiemu l-proġett intitolat, ‘Banda La Stella – Programm Avvanzat ta’ tagħlim tal-mużika’ li jaqa taħt l-fond ‘Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ li hija inizjattiva amministrata mill-Agenzija Żgħażagħ fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Appoġġ u Organizzazzjonijiet Volontarji, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda ta ’Malta. Dan il-proġett żgħir kompla jibni u jiżvilluppa fuq proġetti li saru fil-passat, inkluż r-rinovazzjoni ta’ spazju li ġie mibdul fi music room li qed isservi ta’ spazju fejn jitħarġu l-alljievi, kif ukoll installazzjoni u xiri ta’ tagħmir inkluż siġġijiet, kompjuter, ACs etc. li kompla tejjeb u immodernizza dejjem aktar l-infrastruttura.

Dan il-proġett iffokka l-aktar fuq dawk l-istudenti, b’ mod partikulari dawk li diġa ħarġu jdoqqu mal-Banda La Stella u li jinsabu avvanzati fl-istudji tagħhom u li applikkaw għal-eżamijiet. Dan il-proġett kien jinvolvi x-xiri ta’ strumentatura ta’ livell għola li inċentivat lill-istudenti sabiex jagħmlu sforz akbar u jasspiraw li jilħqu livelli dejjem għola fil-karriera mużikali tagħhom personali u mal-Banda Ċittadina La Stella.

Abbinat ukoll ma’ dan il-proġett, is-Soċjeta Filarmonika La Stella investit f’ numru sostanzjali ta’ kotba edukattivi ġodda li jiffokaw fuq teorija mużikali, kotba dwar it-tagħlim ta` diversi strumenti bħal, Klarinetti, Kurunetti etc li jirrikjedu teknika mużikali differenti, mużika minn films, duets u trios etc. Permezz ta’ dan it-titjib fir-riżorsi edukattivi, l-Banda Ċittadina La Stella minbarra li ser ikollha librerija aċċessibli għal-bandisti kollha matul is-sena kollha, ser tkun ukoll utli fil-preparazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-alljievi bħal programm annwali tal-alljievi li ser jkun qed jittella fil-ġimgħat li ġejjin.

#aġenzijażagħżagħ