Join Us On:

News Archive

PROĠETT AMBIZZJUŻ B’FONDI EWROPEJ

Il-bieraħ filgħodu ġie varat proġett importanti u abmizzjuż mis-Soċjetà Filarmonika La Stella, li fih se jkun qed jibbenefika għall-ewwel darba minn fondi ewropej.  Il-proġett jismu Identity of an Island – Gozo: Art between past and present. Għal din l-okkażjoni kien hemm preżenti il-Ministru għal Għawdex l-Onorevoli Clint Camillieri, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropei l-Onorevoli Stefan Zrinzo Azzopardi, ic-Chairman tal-Gozo Action Group is-Sur Joe Cordina u l-Vici-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria s-Sur Brian Azzopardi u rappreżentati mill-eżekuttiv tas-Soċjetà Filarmonika La Stella immexxija mill-Presdient is-Sur Michael Formosa.

Dan il-proġett ambizzjuż is-Socjeta Filarmonika La Stella daħlet għalih flimkien ma żewġ partners oħra, Il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u s-settur privat rappreżentat mis-Sur Andrew Portellili li għandu f’idejħ permezz ta’ lease agreement il-parti kummerċjali tal-foyer tat-Teatru Astra.  Is-settur privat se jkun qed jagħmel investiment minn fondi personali fejn jidħol l-aspett kummerċjali u met jkun lest se jkun qed joħloq opportunitajiet ta’ xogħol.

Dan il-proġett se jkun possibbli prinċiparjament għaliex il-grupp kiseb fondi mill-Unjoni Ewropeja permezz tal-programm immexxi mill-Gozo Action Group taħt il-miżura 3 tal-Leader Programme Gozitan Attractions and Innovative Events for all Seasons.

 Bhala lead partner is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun qed toffri parti mill-premises tagħha kif ukoll torganizza numru ta’ attivitajiet li jippromwovu il-wirt kulturali u artistiku tal-Gżira.  Mhux hekk biss imma, permezz ta’ dan il-proġett se nkunu qed  nattiraw u nħajru lill-kommunità tagħmel użu minn dawn l-ispazji ġodda biex jesponu xogħolijiet tal-arti, jsiru lectures edukattivi eċċ.  Hemm il-ħsieb ukoll li ssir parti bħala mużew li fiha jkunu esposti strumenti mużikali antiki kif ukoll partijiet importanti mill-verstwarju tat-teatru.

L-attivitajiet kulturali u artistiċi li se jkun hemm ippjanati se jsiru f’Mejju 2022 fil-kuntest ta’ Jum il-Belt Victoria.   Dawn l-attivitajiet se jsiru kemm fit-Teatru Astra u l-ambjenti ġodda kif ukoll fil-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria.

Matul it-tnedija tal-proġett sar messaġġ tal-okkażjoni mill-President Michael Formosa, ic-Chairman tal-Gozo Action Group is-Sur Joe Cordina, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Stefan Zrinzo Azzopardi u il-Ministru għal Għawdex l-Onor Clint Camilleri.  Dritt wara saret preżentazzjoni mid-disinjatur tal-proġett is-Sur Ruben Formosa.

148442734_1824294921055803_2920035228166798918_n 148646141_1824294914389137_1041717319098835764_n