Join Us On:

News Archive

PREPARAMENTI GĦALL-OPRA NABUCCO

nabucco banner

Bħalissa t-Teatru Astra għaddej bil-preparamenti tiegħu għall-opra Nabucco ta’ Giuseppe Verdi li se ssir, nhar il-Ħamis 23 u s-Sibt 25 ta’ Ottubru 2014.  Bħalma wieħed jista’ jimmaġina biċċa xogħol bħal din tirrekjedi impenn kbir mill-management tat-Teatru u l-ħafna voluntiera li mingħajr l-għajnuna tagħhom opra bħal din ma tkunx tista’ ssir. 

Il-koordinazzjoni ta’ kollox hija biċċa xogħol kbira li issa t-Teatru Astra ilu jidħol għaliha għal numru ta’ snin.  Minbarra xogħol li beda fuq l-aspett artistiku u mużikali bħal ma huma l-provi tal-kor, xogħol fuq l-istage u l-kostumi, hemm ukoll impenn ieħor għaddej f’dak li għandu x’jaqsam mal-loġistika, marketing u relazzjonijiet pubbliċi, pubblikazzjonijiet u bookings.  Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir li l-bookings għaż-żewġt rappreżentazzjonijiet għaddej ġmielu.

Nabucco se tkun taħt it-tmexxija artistika ta’ Enrico Stinchelli, waqt li l-Prof. Joseph Vella, id-Direttur Mużikali tat-Teatru Astra u d-Direttur Artistiku ta’ Mediterranea, sa jkun qed jidderieġi lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’dawn iż-żewġ produzzjonijiet.

It-Teatru Astra qed jingħata l-appoġġ tal-fondi pubbliċi permezz ta’ arranġament kulturali mal-Gvern Malti. Imsieħba oħra f’dan il-proġett jinkludu l-Bank of Valletta, Citadel Insurance, General Softdrinks Co Ltd u l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria.

Reservations u bookings jistgħu jsiru fuq in-numri 21550985 jew email [email protected]. Għal aktar dettalji dwar l-opra u l-festival wieħed jista’ jidħol fil-websajt tal-festival www.mediterranea.com.mt.

(Ritratti mill-opra tas-sena l-oħra Otello  ta’ Joe Attard)

JMJ_9484 JMJ_9298 JMJ_9355 JMJ_9371 JMJ_9382 JMJ_9486